Futbol Sport

Rabat kontra Kirkop fil-finali tan-National Amateur League Promotion Playoffs

Rabat Ajax għelbu lit-tim ta’ Marsaskala fl-aħħar mumenti tal-partita bl-iskor ta’ 2-1, biex b’hekk fil-finali tal-Amateur League Promotion playoffs, se jiltaqgħu kontra Kirkop.

Marsaskala marru fil-vantaġġ fit-tielet minuta permezz ta’ JOSEPH CHETCUTI. Madanakollu, Rabat kisbu l-gowl tad-draw fl-64 minuta permezz ta’ AIDAN AZZOPARDI, biex erba’ minuti mit-tmiem l-attakant prolifiku ADAM SMEIR skorja l-gowl li ta’ r-rebħa lit-tim Rabti. Għal Adam Smeir dan kien il-100 gowl ma’ Rabat Ajax f’karriera twila ma’ dan l-istess klabb, wara li rritorna magħhom aktar kmieni din is-sena.

Kirkop min-naħa l-oħra, għelbu lil Attard 2-1, b’Kirkop jmorru fil-vantaġġ permezz ta’ DYLAN TANTI mill-ħdax-il metru. BLEDI ALLA ġab id-draw għal Attard iżda fit-tieni taqsima tal-ħin barrani LINCOLN MICALLEF għamilhom 2-1.

National Amateur League Championship Plaoffs

Ilbieraħ Luqa F.C. għelbu lil Mġarr United bl-iskor ta’ 3-1 fil-playoffs għal min se jkun iċ-champion ta’ dan il-kampjonat. Għal-Luqa skorjaw KEITH VELLA (2) u CHIBUZOR LUCKY NWAGOU, filwaqt li għal Mġarr skorja LAZAR DORIC.