Futbol Sport

Sirens mal-aħħar tmienja tal-FA Trophy

(Ritratt: Stephen Gatt/MFA)

Marsa…………………………..0

Sirens……………………………1

Marsa: N. Vella, I .Zammit, A. Monticelli, M. Micallef, J. Lima, C. Gatt Baldacchino, J. Galea, M. Gauci, D. Grima, P. Maia, S. Shola

Sirens: R. Cini, J. Pearson, R. Grech, H. Kone, W. Domoraud, E. Callegari, J. Walker, R. Darmanin, M. Bustos, T. Jammeh, T. Espindola

Referee: S. Pace

Assistenti referees: D. Sultana, D. Stankovic

Sirens għamluha għar-rawnd li jmiss tal-FA Trophy meta għelbu lit-tim li jinsab fl-ewwel post tal-BOV Challenge League Marsa 1-0. Wara taqsima neqsin minn azzjonijiet perikolużi, Sirens fetħu l-iskor fis-57 minuta meta wara numru ta’ passaġġi, kien HAMED KONE li wara li avvanza kkonkluda b’mod b’saħħtu għal wara Vella. Bl-azzjonijiet ikunu minimi fil-kumpalment tat-tieni taqsima, Marsa temmew il-konfront jilgħabu bi player anqas meta fl-84 minuta tkeċċa Matthew Gauci għat-tieni karta safra.