Coronavirus Lokali Saħħa

283 każi ġodda u tliet vittmi oħra tal-virus, fosthom raġel ta’ 47

Fl-aħħar 24 siegħa, pajjiżna ra żieda ta’ 283 każ ġdid tal-virus.

Sfortunatament kelna wkoll tliet persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-pandemija.

Dawn huma raġel ta’ 47 sena, raġel ieħor ta’ 69 u mara ta’ 76 sena.

In-numru ta’ vittma f’pajjiżna b’hekk issa tela’ għal 328.

Fl-aħħar sigħat il-Ministeru tas-Saħħa qal li fiequ 156 persuni biex il-każi attivi reġgħu telgħu u issa jgħoddu 3,252.

Din il-ġimgħa biss kienu rreġistrati rekord ta’ 1,889 każ ġdid.

Intant fil-konferenza ta’ kull nhar ta’ Ġimgħa, is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci qalet li hemm 150 persuna rikoverata fl-isptarijiet.

Fl-ITU f’Mater Dei hemm 19-il persuna, u hemm 4 persuni oħra fl-ITU t’Għawdex.

Charmaine Gauci qalet li fl-iskejjel ukoll żdiedu l-każijiet b’riflessjoni ta’ dak li qed jiġri fil-komunità.

L-età medja tal-persuni li qed jieħdu l-virus hija tal kważi 39 sena.