Atletika Sport

Claire Azzopardi tikseb l-aħjar riżultat personali

F’Torun Arena fil-Polonja – fil-Kampjonati tal-Ewropa Indoor fl-azzjoni CLAIRE AZZOPARDI. Fil-long jump bit-tielet qabża valida tagħha, Azzopardi b’ 5.51 metri kisbet l-aħjar riżultat personali. It-tieni qabża tagħha kienet ta’ 5.44 metri. B’kollox fil-long jump tan-nisa ikkompetew 17 l-atleta bl-ewwel tmienja għaddew għal finali fejn fl-ewwel post spiċċat Sagnia Khaddi tal-Iżvezja b’6.78 metri qabel Larissa Iapichino tal-Italja b’6.70 metri li ġranet ilu kisret ir-record tad-dinja b’6.91 metri F’Torun flimkien ma’ Claire Azzopardi hemm l-ufficjali tal-Malta Amateur Athletics Association Andy Grech u Aldrin Cassar.