Futbol Sport

Dalwaqt fid-9:30pm fuq Net Television | Edizzjoni speċjali ta’ qabel id-dwell Ħamrun Spartans kontra Hibernians

Dalwaqt, illejla fid-9:30pm fuq NET Television tibda edizzjoni oħra speċjali u interessanti tal-Ġimgħa filgħaxija, ‘Replay Preview’.

Bħal kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, il-programm tal-lejla mhux ta’ min jitilfu, hekk kif se jkun qed jagħti enfasi partikolari fuq il-partitissima ta’ għada s-Sibt, id-dwell tal-istaġun fil-Kampjonat Premier, dak bejn Hamrun Spartans Football Club u Hibernians F.C..

Bil-presentazzjoni ta’ Christian Micallef u s-sehem tal-mistieden residenti ta’ Replay (Net Television)Konrad Sultana, il-programm tal-lejla li jibda fid-9:30pm fuq NET Television, se jkun qed iwassal diskussjoni u analiżi mill-aktar interessanti dwar il-mixja taż-żewġ timijiet s’issa, u b’numru ta’ statistiċi li jnisslu kurżitá u diskussjoni, u li l-programmi Replay hu tant rinomat għalihom. Dawn l-istess statistiċi, li qed ikunu ppreżentanti minn ġimgħa għall-oħra f’Replay Preview, u saħansitra anke fuq din il-paġna tal-programm fuq Facebook, qed ikomplu jgħollu l-livell ta’ diskussjoni meta Replay jiddiskuti l-attwalitá dwar il-futbol Malti u l-Kampjonat Premier.

Bħala parti minn din id-diskussjoni u analiżi ta’ qabel il-partita, se jkun hemm paragun bejn tnejn mill-midfielders rispettivi Maltin ta’ Hamrun Spartans Football Club u Hibernians F.C.Matthew Guillaumier u Bjorn Kristensen, kif ukoll bejn tnejn mill-aqwa skorers taż-żewġ timijiet rispettivi dan l-istaġun; Franklin Sasere ta’ Hamrun Spartans Football Club u Jurgen Degabriele ta’ Hibernians F.C..

Apparti li jkun hemm diskussjoni dwar il-bqija tal-partiti l-oħra li huma skedati għal matul tmiem il-ġimgħa mill-Kampjonat Premier, f’Replay Preview tal-lejla se jkunu qed jintwerew il-gowls kollha li kelna matul din il-ġimgħa mill-istadju tal-aħħar 16 tal-FA Trophy.

Mill-lejla ukoll, it-tim ta’ Replay se jkun qed jintroduċi rokna ġdida u interessanti bl-isem ta’ ‘Lenti fuq iż-żgħażagħ Maltin’ li qed jilgħabu fil-Kampjonat Premier. Kull ġimgħa Replay se jkun qed iwassal statistika interessanti u bin-numri, dwar il-prestazzjonijiet ta’ diversi żgħażagħ Maltin li qed ikollhom staġun pożittiv fil-Kampjonat. L-ewwel plejer f’din ir-rubrika se jkun id-difensur ta’ fuq il-lemin li jilgħab ma’ Gzira United F.C.Nevin Portelli.

Lejn l-aħħar tal-programm, ilejla se nwasslu ukoll servizz bħala gwida għall-partiti ta’ għada mill-National Amateur League, hekk kif se jkun magħruf it-tim li se jkun promoss bħala champion tal-Kampjonat u min se jkun ir-raba’ tim, bejn Kirkop United FC u Rabat Ajax FC, li se jikseb il-promozzjoni għal National Challenge League, flimkien mat-timijiet li diġa’ kienu promossi għall-istaġun li ġej, ċioé Luqa St. Andrew’s F.C.Mgarr United F.C u Melita F.C..

Replay Preview tal-lejla jibda fid-9:30pm fuq NET Television u jixxandar minn studio armat apposta fir-restorant popolari tas-Saqqajja, Il-Veduta.