Raġel ta’ 54 sena minn Birkirkara jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ntlaqat minn bajla tal-konkos waqt li kien qed isir xi xogħol f’sit ta’ kostruzzjoni fix-Xgħajra. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.30pm fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ta l-ewwel għajnuna lir-raġel. Minn hemm, hu ttieħed l-Isptar Mater Dei għall-kura, fejn kien iċċertifikat li qed isofri minn feriti serji u fil-periklu li jitlef ħajtu.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-għassa Donatella Frendo Dimech, li ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-Inkjesta. Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>