Futbol Sport

FILMAT – Replay jiddiskuti l-konfront deċiżiv lejliet Ħamrun Spartans kontra Hibernians

Lejliet il-partita tant mistennija mill-Kampjonat Premier bejn iż-żewġ timijiet li jinsabu fl-ewwel żewġ postijiet tal-klassifika, Ħamrun Spartans u Hibernians, il-produzzjoni ta’ Replay ħadet ħsieb li tiddedika parti sostanzjali mid-diskussjoni tal-programm informattiv tal-Ġimgħa filgħaxija, ‘Replay Preview’ għal din il-partita. F’dan il-programm ixxandru servizzi apposta, kif ukoll saret analiżi, saħansitra b’statistika mill-aktar interessanti, kemm fuq livell ta’ timijiet kif ukoll fuq plejers individwali, fejn saru paraguni bejn plejers tat-timijiet opposti li jilgħabu fl-istess pożizzjonijiet tal-grawnd.

Fil-fatt, permezz ta’ statistika numerika mill-aktar interessanti, u li kienet miġbura minn Replay, f’dan il-programm sar paragun bejn tnejn mill-midfielders rispettivi Maltin ta’ Hamrun Spartans Football Club u Hibernians F.C.; Matthew Guillaumier u Bjorn Kristensen, kif ukoll bejn tnejn mill-aqwa skorers taż-żewġ timijiet rispettivi dan l-istaġun; Franklin Sasere ta’ Hamrun Spartans Football Club u Jurgen Degabriele ta’ Hibernians F.C..

Sabiex tara din id-diskussjoni ta’ lejliet il-partita, li tmexxiet minn Christian Micallef, bis-sehem ta’ Konrad Sultana, li hu l-mistieden residenti ta’ Replay, agħfas hawn.