Sport Sport Ieħor

Għawwiema Maltin b’records fis-Slovakkja

Sodisfazzjoni għall-għawwiema Maltin li f’dawn il-ġranet qed jikkompetu fil-Grand Prix tas-Slovakkja . L-aħjar riżultati minn Sasha Gatt u Michela Portelli li kisru r-Rekords Nazzjonali u Age Group rispettiv. Sasha Gatt fil- 1500m Freestyle għamlet id-distanza f’16 il-minuta 53.34 sekondi . Bil-ħin miksub Gatt għamlet Rekord Nazzjonali gdid kif wkoll fil-Grupp ta ’Età D billi ttejjbet ir-rekord tagħha stress li għamlet f’Diċembru b’7 sekondi .

Sasha temmet fit-tieni post biex kisbet il-midalja tal-Fidda. Fil-100 metru Butterfly Michela Portelli wettqet Rekord tal-Age Group C b’1 minuta 06.84 sekondi. Ir-rekord preċedenti kien dak ta’ Andrea Bellia b’1 minuta 07.06 u li kien sar f’April 2013. Il-Gran Prix tas-Slovakkja jitkompla fi tmiem il-ġimgħa .