Lokali

Il-membri tal-Gvern jinsabu skomdi u taħt pressjoni

Il-Kabinett ta’ Abela jinsab mifxul quddiem iż-żieda fin-numru ta’ każi ġodda tal-pandemija f’ġimgħa kkaratterizzata minn rekord wara l-ieħor – bis-sitwazzjoni sfortunatament tidher li qed taħrab minn taħt idejhom.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet il-Ministru tat-Turiżmu Clayton Bartolo l-Ġimgħa filgħodu, minflok indirizza t-tħassib serju tad-diversi sidien ta’ ristoranti u snackbars wara li l-Gvern ħasadhom bil-miżuri imposti …. ħass il-ħtieġa li jintilef f’narrattiva politika.

Dan filwaqt li meta Net News staqsa lill-Whip tal-Gvern Laburista Glenn Bedingfield jekk l-istqarrijiet li għamel il-Prim Ministru Robert Abela, fl-aħħar sena minn meta feġġet il-pandemija f’pajjiżna, kienux ibbażati fuq studji xjentifiċi ….huwa saħaq li l-partit tieghu jitkellem fuq fatti. Dan minkejja li f’nofs pandemija… il-Prim Ministru saħaq li l-Covid kien jinsab warajna.

Mistoqsi b’mod insistenti jwieġeb dwar jekk l-istqarrijiet tal-Prim Ministru, bħan-normalità li kellha tasal f’Ġunju, Jannar jew saħansitra dax-xahar sarux fuq evidenza xjentifika Glenn Bedingfield ghazel li jiddefendi lill-Prim Ministru.

Bhalissa, pajjiżna jinsab iħabbat wiċċu mat-tielet mewġa tal-pandemija …minkejja li fl-aħħar tas-sena Robert Abela kien għamilha ċara li jrid li f’Marzu ser nkunu rkuprajna sew u sa Mejju nkunu business as usual – madanakollu, issa qed ibiddel id-diska.