Coronavirus Knisja Lokali

Il-lezzjonijiet tal-Katekiżmu se jsiru online

Il-Katekeżi tat-tfal tmur online

Fid-dawl tad-direttivi l-ġodda maħruġa mill-awtoritajiet tas-saħħa, l-Arċidjoċesi ta’ Malta qed tissospendi minnufih il-laqgħat tal-gruppi tagħha li jsiru b’mod fiżiku, inkluż is-sessjonijiet ta’ katekeżi tat-tfal.

Filwaqt li tapprezza li għadd ta’ laqgħat diġà qed isiru online, l-Arċidjoċesi tkompli tinkoraġġixxi biex, fejn hu possibbli, dawn l-inizjattivi pastorali jkomplu b’mod virtwali.

Din id-direttiva terġa’ tiġi kkunsidrata wara l-11 ta’ April li ġej.
Il-Knisja tkompli tħeġġeġ biex nitolbu lil Alla għas-saħħa tal-poplu tagħna u biex nieħdu ħsieb xulxin billi nosservaw id-direttivi għall-ħarsien tas-saħħa.