Sport Waterpolo

Jeremy Abela protagonist fir-rebħa ta’ Neptunes … Exiles javvanzaw ukoll

Rapport: Stewart Said

NEPTUNES ……………………… 10

SIRENS MECCA MARIN…….. 7

(3-0), (2-2), (3-1), (2-4)

Neptunes komplew javvanzaw fl-Enemed Cup u fl-istess ħin poġġew lil Sirens Mecca Marin telfa bogħod mill-eliminazzjoni. Ir-rebħa kienet meritata għal Neptunes li għarfu jikkontrollaw il-logħba u speċjalment fl-ewwel nofs tal-logħba, ftit ippermettew lill-avversarji jkunu perikolużi. Bejn il-lasta rritorna l-gowlkiper regolari Alan Borg Cole filwaqt li għamel id-debutt Michael Spiteri Staines. Għal Sirens lagħab iż-żagħżugħ Jacob Sciberras f’dak li fisser ritorn għalih wara sentejn ma’ Sliema.

Kif għamlu fl-ewwel ħarġa tagħhom, Neptunes kellhom bidu tajjeb u marru tliet gowls minn fuq permezz ta’ Jake Cachia, Jeremy Abela u Gabriel Pace minn man-up. Id-distakk kiber għal ħames gowls fit-tieni sessjoni u kien biss fl-aħħar tliet minuti tas-sessjoni li Sirens naqqsu d-distakk għal 5-2.

L-eks plejer Matthias Azzopardi daħħal lil Sirens fil-logħba fil-bidu tat-tielet sessjoni. Madankollu minuta wara wieġeb Jordan Camilleri minn penalty, b’Jeremy Abela jagħlaq il-logħba b’doppjetta. Sirens irnexxielhom jagħmlu l-iskor rispettabbli fl-aħħar sessjoni.

Neptunes: A. Borg Cole, J. Cachia (1), L. Calleja, G. Pace (1), S. Busuttil, J. Spiteri Staines, J. Camilleri (2), J. Abela (5), M. Spiteri Staines, M. Castillo (1), S. Mifsud

Sirens: G. Galea Curmi, M. Grech (1), K. Erdogan (1), J. Sciberras, J. Zerafa Gregory, G. Farrugia, M. Chircop (1), I. Riolo (1), J. Napier (1), M. Cutajar, L. Grech Carr, M. Azzopardi (2), M. Bonello Dupuis

Referees: Peter Balzan, Stefan Licari

EXILES ……………………………………….. 7

MARSASKALA FISH AND FISH……… 4

(3-1), (2-1), (2-0), (0-2)

L-avversarji ta’ Sliema fil-fażi li jmiss se jkunu Exiles wara li għelbu l-isfida ta’ Marsaskala Fish and Fish. Għalkemm id-distakk finali hu ta’ tliet gowls, Exiles qatt ma dehru li setgħu jitilfu l-logħba.

Exiles kellhom vantaġġ doppju fl-ewwel sessjoni darbtejn. L-aktar li Marsaskala resqu viċin tagħhom kien lejn nofs it-tieni sessjoni, bit-tieni gowl fil-logħba tal-veteran Paul Privitera. Madankollu ftit sekondi wara, l-eks plejer ta’ Marsaskala Max Aquilina għamilhom 4-2 u x-xellugi Mark Fenech kabbar id-distakk qabel il-ħin tal-mistrieħ.

It-tim ta’ Aurelien Cousin għalaq il-logħba fit-tielet sessjoni b’gowl ta’ Philip Paris u ieħor ta’ Sean Xerri de Caro fil-bidu u fl-aħħar tas-sessjoni rispettivament. Marsaskala pattew qares it-tliet okkażjonijiet li fallew ta’ man-up. Gerald Sammut u Liam Grixti naqqsu d-distakk fl-aħħar sessjoni.

Exiles: M. Castillo, N. Saliba, S. Apap, P. Paris (2), T. Sullivan, S. Xerri de Caro (2), M. Fenech (1), N. Paris, J. Bajada, M. Aquilina (2), D. Fenech, G. Borg

Marsaskala: J. Micallef, J.C. Cutajar, A. Camenzuli, P. Privitera (2), G. Sammut (1), L. Grixti (1), N. Gatt, M. Manara, S. Micallef, L. Felice, J. Ciantar, M. Carani

Referees: Ronnie Spiteri, Alex De Raffaele