Futbol Sport

Joseph Portelli jinħatar president ta’ Ħamrun Spartans

(Ritratt: Ħamrun Spartans)

Ħamrun Spartans ħabbru uffiċjalment li kkonfermaw lill-imprenditur Għawdxi Joseph Portelli, bħala l-president tal-klabb.

B’hekk Portelli ħa post Nunzio Anitgnani li mexxa lill-klabb Ħamruniż tul l-aħħar staġuni. Joseph Portelli kien importanti ferm għal Ħamrun Spartans dan l-istaġun, b’diversi investimenti fl-iskwadra Ħamruniża, li waslithom biex jikkompetu għar-rebħ tal-kampjonat.

L-Ispartans jinsabu f’taqtiegħa ma’ Hibernians għar-rebħ tal-Kampjonat BOV Premier, fejn attwalment jinsabu fil-quċċata tal-klassifika, bi 53 punt, biż-żewġ timijiet jilgħabu kontra xulxin nhar is-Sibt fin-National Stadium, fis-2.00pm.