Coronavirus Lokali

L-Assoċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering tikkundanna l-kejl differenti li qed juża l-Gvern

L-Assoċċjazzjoni tal-Istabbilimenti tal-Catering ikkundanat il-mod kif il-Gvern qed jimxi b’kejl differenti u ddeskriva bħala diskriminatorja d-deċiżjoni li jingħalqu r-ristoranti imma jibqgħu miftuħin ir-ristoranti tal-lukandi.  L-ACE qed tgħid li r-ristoranti KOLLHA kellhom jibqgħu miftuħin.

L-Assoċjazzjoni qed tgħid dan għaliex statistiċi juru li dawn l-istabbilimenti tal-catering mhumiex il-kawża tal-firxa tal-pandemija.

Hija talbet lill-awtoritajiet tas-saħħa jippubblikaw iċ-ċifri tal-persuni li qed jitilfu ħajjithom minħabba problemi finanzjarji u dwar iż-żieda fil-problemi ta’ saħħa mentali minn persuni fin-negozju.

Diversi uffiċjali tal-Gvern, qalet l-ACE, qed jikkwotaw statistiċi ta’ żjarat ta’ infurar. Madankollu, qalet li n-numru hu irrelevanti jekk dawn iż-żjarat mhumiex magħmula kif suppost. L-uffiċjali qegħdin ifarfru r-responsabbilta minn fuqhom għal fuq ħaddieħor,

L-assoċjazzjoni tenniet li bosta mill-attivitajiet illegali kienu saħansitra rreklamati fuq il-media soċjali u li l-awtoritajiet tas-saħħa qed jagħmluha ta’ bullies ma’ entitatjiet zgħar li ma kisrux regoli minflok ma taw każ il-problemi vera.