Ċertifikat ieħor ta’ falliment għall-Gvern ta’ Robert Abela … din id-darba minn Ministru tiegħu stess.
Dan hekk kif il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia kkonferma li fi tmien snin, il-Gvern Laburista għamel biss diżastru fis-settur tal-immaniġġjar tal-iskart billi waqt laqgha online organizzata mill-Assoċjazzjoni tal-Lukandiera u r-Ristoranti (MHRA), iddikjara li f’dan is-settur, il-Gvern tefa’ lil pajjiżna fl-aħħar tal-klassifika.
Kritika għad-diżastru li ħalla l-Gvern f’dan is-settur waslet ukoll mill-Kap Eżekuttiv tal-MHRA Andrew Agius Muscat, li ddikjara mal-Ministru tal-Ambjent li z-zoni turistiċi huma maħmuġin u “ma naħsibx li qed nesaġera”.
Iżda fl-istess nifs li kkritika lil Robert Abela, Aaron Farrugia stqarr li fis-settur tal-ambjent, hu kburi b’dak li għamel il-Gvern għax, skont hu, “qed jirnexxielna” u “mexjin fid-direzzjoni t-tajba”.
Il-kritika dwar il-mod kif il-Gvern jimmaniġġja l-iskart tasal ukoll minn diversi familji, li jagħmlu kuntatt ma’ NET News wara li qed jinnotaw kif l-iskart li huma jisseparaw f’darhom, xorta jispiċċa jitħallat minn biebhom ‘il barra.
//= $special ?>