Lokali Qorti

Mixli li wettaq ħold up f’San Ġwann

Il-ħalliel suspettat, li allegatament ħarab bi flus kontanti f’hold up f’ħanut tal-logħob f’San Gwann nhar l-Erbgħa, tressaq il-Qorti. Mark Anthony Bonnici, residenti Ħ’Attard ta’ 41 sena, ġie rintraċċat mill-Pulizija wara serqa bl-armi li seħħet għall-ħabta tat-8: 15pm fil-ħanut fi Triq in-Naxxar, meta l-allegat ħalliel daħal fil-post armat b’arma tan-nar, u talab il-flus.

Ir-raġel imbagħad spiċċa biex ħa b’madwar € 1300 fi flus kontanti. Huwa ġie arrestat aktar tard fl-inħawi ta’ Tas-Sliema, bil-karozza tiegħu allegatament l-istess użata fil-holdup.

Uħud mill-flus misruqa nstabu fid-dar tiegħu, qalu sorsi tal-Pulizija. Is-suspettat ġie arrestat u akkużat b’serq aggravat, li żamm lill-impjegat tal-ħanut kontra r-rieda tagħha, li kien qed iġorr arma waqt li wettaq reat kontra l-persuna kif ukoll li sar reċidiv.

L-akkużat wieġeb mhux ħati bit-talba għall-ħelsien mill-arrest kienet oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni fuq il-bażi tal-fatt li xhud ċivili kien għad irid jixhed, waqt li ġie rrimarkat li l-akkużat kien familjari ma’ dan ix-xhud peress li kien klijent regolari fil-ħanut.

Madankollu, l-Avukati difensuri Franco Debono u Marion Camilleri, ikkontestaw li kieku dak ix-xhud kienet xi turist, li kienet qed iżur biss Malta, kienet tkun imsejħa biex tixhed waqt li qed jitressaq il-Qorti. Dan jista’ jwassal għal inġustizzja peress li l-għoti tal-libertà proviżorja jiddependi fuq jekk l-allegat vittma kienx joqgħod Malta jew barra minn Malta, sostnew l-Avukati.

Huma saħqu wkoll li f’dan il-każ, l-akkużat kellu rekord kriminali relattivament nadif, imċappas biss mill-VAT u reati tat-traffiku. Ir-raġel kien għaddej minn biċċa problema kbar wara li kiser mas-sieħba tiegħu u għalhekk kellu bżonn l-għajnuna kollha possibbli.

Ingħad ukoll anke billi jista’ jiġi assenjat uffiċjal tal-probation biex jissorveljah bħala kundizzjoni għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech, iddikjarat li kienet se tiddekreta fuq it-talba aktar tard. L-Ispetturi Lydon Zammit u Stephen Gulia mexxew il-Prosekuzzjoni.