Lokali

Pospost il-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista

Fid-dawl tas-sitwazzjoni serja fir-rigward tal-pandemija u b’rispett sħiħ lejn id-direttivi u rakkomandazzjonijiet ġodda maħruġa mill-Awtoritajiet tas-Saħħa, l-Partit Nazzjonalista ħabbar li qed jipposponi b’mod indefinit il-Kunsill Ġenerali, li kien se jinżamm bejn l-14 u l-21 ta’ Marżu.

Il-Partit Nazzjonalista ħa l-opportunita’ biex jirringrazzja lill-membri kollha fi ħdan il-Kumitati Sezzjonali tiegħu, fil-fergħat u f’organi oħra li għandu l-partit għall-ħidma u l-impenn tagħhom li qed iwettqu b’dedikazzjoni u determinazzjoni mhux biss għall-ġid tal-partit imma għall-ġid ta’ pajjiżna u l-Maltin kollha.

Il-Partit Nazzjonalista qal li se jkompli fl-istess ħin għaddej bil-ħidma tiegħu u fil-ġimgħat li ġejjin jħabbar inizijattivi ġodda li jkun qed jieħu sabiex dik l-istess ħidma tkompli għaddejja favur il-poplu Malti kif inhu d-dmir tagħna.