Internazzjonali

Renju Unit: Varjant ġdid tal-Covid-19 taħt osservazzjoni

L-awtoritajiet tas-saħħa fir-Renju Unit qed iħejju strateġija li tilqa’ għall-effetti potenzjali ta’ varjant ġdid tal-coronavirus wara li x-xjenzati identifikaw talanqas 16-il każ tal-varjant inkwistjoni fil-pajjiż.

Kelliema għall-Public Health England qalu li dan il-varjant qed ikun investigat iżda huma mhumiex ‘allarmati dwar il-konsegwenzi immedjati tiegħu’.

Dan il-varjant tal-Covid-19 għandu elementi komuni mal-varjanti li oriġinaw fl-Afrika t’Isfel u l-Brażil – bil-każi fir-Renju Unit ikunu identifikati (fi Frar), għall-ewwel darba, mill-awtoritajiet li qed josservaw u janalizzaw il-bidliet fil-virus.

L-esperti jemmnu li dan il-varjant ġdid – magħruf bħala E484K – oriġina fir-Renju Unit proprju u  ma jeskludux li kapaċi jinfetta persuni li suppost ikollom l-immunità mit-tilqim inkella minn każi ta’ infezzjoni preċedenti.