Lokali

Laqgħa mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech

Din il-laqgħa saret qabel ma daħlu r-restrizzjonijiet il-ġodda

Il-Kumitat tal-Kumerċ għar-residenzi tal-anzjani li jagħmel parti mill-Kamra tal-Kummerċ, riċentament iltaqgħu mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-anzjani Maria Deguara.

Waqt din il-laqgħa Bernard Grech u Maria Deguara tkellmu mal-Kamra tal-Kummerċ rigward is-sitwazzjoni preżenti tar-residenzi tal anzjani. Dan wara li s-sena l-oħra dawn id-djar kienu għaddew minn diversi problemi minħabba l-COVID-19, biex jipporoteġu s-saħħa tal-anzjani.

Il-Kumitat iddikjara li jifhem is-sitwazzjoni preżenti tal-COVID-19, madankollu komplew biex jgħidu li d-djar tal-anzjani se jibdew inaqqsu r-restrizzjonijiet. Iżda għallovolja se jitnaqqsu r-restrizzjonijiet fid-djar tal-anzjani, it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet se jsiru f’diversi stadji, bl-għan li s-saħħa tal-anzjani tinagħta prijorita.

Waqt din il-laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti oħra, inkluż in-nuqqas ta’ infermieri, li riċentament qiegħdin jitilqu minn Malta u jsibu xogħlijiet barra minn xtutna, kif ukoll it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet bl-għan li l-anzjani ma jibqgħux jiġu iżolati mis-soċjetà u ma jibdewx il-problemi tas-saħħa mentali.