Lokali

“Too little… too late” – Reazzjonijiet għall-miżuri tal-bieraħ

“Mhux se nitilqu niġru mela”

“Bqajna fejn konna”

“Kif 4 households ok u r-ristoranti jridu jagħlqu?”

Dawn kienu ftit mill-mijiet ta’ reazzjonijiet wara l-konferenza tal-aħbarijiet tal-Prim Ministru l-Ħamis waranofsinhar fejn ħabbar is-suppost mizuri godda – mizuri li kif ikkonfermat l-Assocjazzjoni tal-Catering Establishments, saru b’ghaġla u mingħajr konsultazzjoni.

Wara x-xenata tal-Hamis…

Il-Prim Ministru l-Ħamis qal li ‘mhux suppost qiegħed hawn’

…bosta kienu dawk li kkummentaw fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Television Malta fejn kienet qed tiġi rrappurtata din il-konferenza.

Uħud mill-kummenti kellhom laqta umoristika, b’ħafna minnhom jagħmlu referenza għal kif suppost konna se nitilqu niġru f’Mejju… u kif iż-żarbun tal-ġiri se jibqa’ fil-kaxxa.

Iżda oħrajn ma kienx fihom daqstant biex titbissem, bħal mistoqsijiet dwar kif se jkun imħaffef il-proċess tal-vaċċinazzjoni, l-aktar għall-anzjani.

Ħafna staqsew x’sens hemm li ingħalqu n-nurseries tal-footbal u attivitajiet oħra bħal dawn, meta l-iskejjel xorta għadhom miftuħin u meta f’kull klassi xorta jkun hemm 15 jew 20 student minn household differenti.

Kien hemm min staqsa kif il-Prim Ministru għażel li jagħlaq ir-ristoranti…. imma mbagħad ħalla l-casinos miftuħin. Uħud irrimarkaw dwar l-iffullar fuq il-karozzi tal-linja..u kif dan qed jibqa mhux indirizzat.

Insomma biżibilju kummenti li jesprimu kif ħafna minn dawk li segwew il-konferenza ma kienux wisq impressjonati b’dak li tħabbar… u li bosta persuni, bħal diversi assoċjazzjonijert u unions, qed iqisu l-mizuri mhabbra bħala ‘too little… too late’.