Futbol Sport

Vittoriosa jirbħu b’għaxar plejers

Chris Cassar

VITTORIOSA S. ………… 1

FGURA U. ………………… 0

Vittoriosa S: R. Marmara, I. Abela, L. De Melo, G. Sultana, J. Farrugia, Q. Bregman, D. Sowatey, K. Pace, A. Galea, R. Sgaria Farias, D. Borg Castaldi.

Fgura U: L. Moore, T. Yanagizawa, C. Ciantar, J. Stenson, T. Grech, S. Nanapere, O. Mifsud, C. Gandini, S. Borg, D. Caruana, N. Ojuola.

Referee: Daniel Casha

Vittoriosa irritornaw għar-rebħ wara seba’ logħbiet meta f’logħba bilanċjata għelbu lil Fgura 1-0 biex qabżu lill-istess Fgura fin-naħa t’isfel tal-klassifika.Kien Sgaria Farias li ddeċieda l-logħba b’daqqa ta’ ras fit-tieni taqsima, fejn fl-aħħar 22 minuta Vittoriosa kellhom jiddefendu peress li kienu bi plejer inqas.Wara żewġ minuti l-ewwel xutt minn naħa ta’ Borg Castaldi bil-ballun ftit għoli. Wara din l-opportunita’ l-logħba żvolġiet f’waħda ferm bilanċjata bi ftit azzjonijiet ta’ skor.

Vittoriosa kellhom xi ftit iktar inizzjattiva iżda Fgura kienu ferm koperti u organizzati fid-difiża.Fil-51 minuta reġa’ kien Borg Castaldi li mpenja lil Moore b’xutt minn tarf il-kaxxa. Erba’ minuti wara Vittoriosa fetħu l-iskor meta minn azzjoni ta’ korner kien Sgaria Farias li għola fuq kulħadd u skorja b’daqqa ta’ ras.Fis-67 minuta it-tieni karta safra għal Gianluca Sultana u Vittoriosa spiċċaw b’hekk b’għaxar plejers.Minkejja dan u minkejja l-isforzi ta’ Fgura, Vittoriosa rnexxielhom iżommu l-vantaġġ minimu tagħhom għal rebħa ferm importanti.