Fl-aħħar 24 siegħa kienu rreġistrati 345 każ ġdid ta’ Coronavirus f’Malta u f’Għawdex, it-tieni l-akbar ammont ta’ każi ġodda sa mill-bidu tal-pandemija sena ilu. Dan ifisser li fl-ewwel 6 t’ijiem ta’ Marzu rajna 1,734 każ ġdid.
Il-każi attivi issa jammontaw għal 3,403.
Permezz ta’ post fuq Facebook, l-Awtoritajiet tas-Saħħa ħabbru li fl-aħħar sigħat l-imwiet bil-COVID-19 żdiedu għal 329 meta tilfet ħajjitha mara ta’ 88 sena fl-Isptar Mater Dei. Din kienet is-16-il fatalità fl-aħħar ġimgħa.
B’xorti tajba, fl-aħħar sigħat fiequ 193 persuna biex b’hekk minn total ta’ 24,216 każ f’sena, fiequ total ta’ 20,484.
Fl-aħħar sigħat ingħataw ftit inqas minn 2,000 vaċċin b’inqas minn 1,000 minnhom ikunu persuni li ħadu t-tieni doża biex b’hekk s’issa, f’pajjiżna huma 31,710 il-persuni mlaqqma b’mod sħiħ għall-kontra l-COVID-19.
//= $special ?>