Lokali

4 persuni l-isptar wara inċident fl-Iklin

4 persuni jinsabu l-isptar wara li karozza baqgħet dieħla f’ħajt fi Triq tal-Balal fl-Iklin. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.10pm.

Il-pulizija qalulna li mill-informazzjoni li għandhom raġel ta’ 44 sena, mara ta’ 44 sena, żagħżugħ ta’ 15-il sena, u tifel ta’ 9 snin jinsabu l-isptar biex jirċievu l-kura. Il-kundizzjoni tagħhom għadha mhux magħrufa.

Aktar dettalji ‘l quddiem.