Futbol Sport

Birkirkara b’rebħa faċli fuq Tarxien

(Ritratt: MFA/ Joe Borg)

Clayton Schembri

BIRKIRKARA ………3

TARXIEN …………….0

BIRKIRKARA: A.Guarnone, L.Montebello, P.Mbong(82’ I.Ntow), Y.Yankam(86’ G.Farrugia), K. Zammit, R. Alidor, O.Carniello, F.Verde( 45’ F.Falcone), C.Attard, C.Prado, E.Pepe.
TARXIEN: D.Fernandes, E.Zarate(62’ K.Attard), D.Falzon, M.Spiteri, V.Plut,
J.Debono(77’ C.Zahra), L.Sciberras, E.Paz, K.Gatt, R.Kooh, C.Escobar.

Referee: Petrovic Slobodan
Assistenti Referees: Apap Paul, Ciantar Mark
Raba’ Uffiċjal: Spiteri Malcolm

Player Tal-Logħba: Vito Plut (Tarxien)

Imwissija: E.Zarate, E.Pepe,

Mill-ewwel minuti Birkirkara dehru li kienu aktar determinanti mill-avversarji biex jirbħu dan il-konfront. Meta ilum b’rebħa faċli għelbu lil Tarxien Rainbows bl-iskor ta 3-0.
Fil-31minuta waslet l-ewwel azzjoni denja li fiha Birkirkara setgħu fetħu l-iskor, permezz ta’ Yannick Yankam b`daqqa ta’ ras mill-viċin tefa’ għoli, wara li irċieva l-ballun minn Kurt Zammit.

Tarxien wieġbu seba minuti wara, meta Darren Falzon qasam tajjeb lil Raphael Kooh izda minn pużiżjoni ideali tefa’ barra. Birkirkara reġgħu marru viċin li jiftħu li iskor fit-43 minuta, meta id-daqqa ta’ ras ta’ Enrico pepe għaddiet barra, wara li irċieva l-ballun mingħand Paul Mbong.
Il-Karkariżi reġgħu ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima biex wara biss żewġ minuti, Luke Montebello fetaħ l-iskor permezz ta’ xutt fil-baxx wara li għadda tajjeb min-naħa tax-xellug u baqa’ dieħel fil-kaxxa il-kbira.
Traxien wieġbu fl-64 minuta, meta Vito Plut għadda tajjeb min-naħa tal-lemin qabel tefa kross lejn Raphael Kooh, iżda dan tal-aħħar ħalla il-ballun għaddej.

Minuta wara Tarxien reġgħu kienu perikolużi, meta x-xutt ta’Jurgen Debono għadda ftit barra. Fid-69 minuta Birkirkara skorjaw it-tieni gowl permezz ta’ sostitut Federico Falcone li b`xutt mil-viċin għeleb għal kollox lill-gowlkiper Fernandes, wara kross tajjeb ta’ Caio Prado.
Il-Karkariżi reġgħu marru viċin fit-72 minuta, meta il- gowlkiper Fernandes
dawwar f’ corner ix-xutt ta Federico Falcone wara li irċieva l-ballun mingħand Caio Prado.


Birkirkara issiġillaw ir-rebħa erba’ minuti wara, meta Montebello għaqqad id-doppjetta personali tiegħu b’konklużjoni fil-baxx wara li għadda tajjeb min-naħa tax-xellug.