Lokali

Ċiklist iweġġa’ gravi f’inċident fir-Rabat

Ċiklist ta’ 54 sena weġġa’ gravi f’inċident li seħħ fi Triq il-Buqana fir-Rabat, Malta. L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tas-7:30am.

Jirriżulta li l-inċident seħħ hekk kif ir-raġel li kien qed isuq ir-rota kien involut f’inċident ma’ karozza li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 56 sena residenti Ħal Qormi.

Iċ-ċiklist ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post. Hu ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.