Coronavirus Lokali Saħħa

Fil-kliniċi mhux jingħataw listi ta’ min kellu jitlaqqam

Tkompli tikber il-pressjoni fuq iċ-Ċentri tas-Saħħa u l-kliniċi lokali, hekk kif dalgħodu reġgħu ma tqassmux il-listi ta’ dawk li suppost kellhom jieħdu t-tilqima tal-Covid.

Persuni li jaħdmu fil-kliniċi qalulna li d-diżorganizzazjoni minn naħa tal-Gvern qed tissarraf fi stress żejjed fuq is-sistema kollha.

“Kif tista’ tkun ċert min qed jieħu l-vaċċin meta lanqas għandna listi?”, qaltilna infermiera f’wieħed minn dawn iċ-ċentri.

Apparti minn hekk, bosta persuni ikkonfermaw l-istorja li ħareġ Net News numru ta’ ġranet ilu rigward individwi li qed jirċievu appuntamenti doppji biex jieħdu t-tilqima.