Futbol Sport

Floriana u Balzan jannullaw lil xulxin

(Ritratt: MFA/ Stephen Gatt)

George Cassar

Floriana …………. 0

Balzan ……………. 0

Floriana: I. Akpan, M. Dias, R. Camenzuli, E. Ruiz, J. Pisani. D. Venancio. M. Garcia, U. Arias (A. Cini 87’), J. Busuttil, K. Keqi, F. Cheveresan (Siraj Arab 83’)

Balzan: V. Vranes, S. Cipriott, Samir Arab, M. Johnson, A. Loof, P. Fenech, M, Grima, M. Duric, M. Sanoh (A. Effiong 67’), U. Ljubomirac, A. Andrejic (Weverton 79’)

Referì: F. Zammit

Il-plejer tal-logħba: M. Duric (B)

Floriana u Balzan ħadu punt kull wieħed f’partita mingħajr gowls. B’dan ir-riżultat, iż-żewġ timijiet baqgħu mwaħħlin fil-problemi tar-relegazzjoni, hekk kif Floriana qegħdin biss tliet punti fuq iż-żona l-ħamra filwaqt li Balzan qegħdin biss post qabel il-pożizzjoni tal-play-off.

Il-partita kienet xotta mill-azzjonijiet qrib il-lasti u ż-żewġ timijiet donnhom kienu iktar interessati li ma jitilfux milli li jieħdu l-punti massimi. Ħafna mill-azzjonijiet perikolużi waslu minn sitwazzjonijiet ta’ logħob wieqaf. F’nofs l-ewwel taqsima kien hemm freekick ta’ Diego Venancio għal Floriana li kien b’saħħtu iżda għadda ftit għoli mill-mimduda. Fuq in-naħa l-oħra, f’nofs it-tieni taqsima, kien hemm freekick mid-distanza tal-aħjar plejer tal-logħba Milan Duric għal Balzan li kien imtajjar mill-gowlkiper Ini Akpan.

L-aħjar ċans tal-logħba wasal għand Floriana kwarta mit-tmiem meta minn kross ta’ Diego Venancio, il-captain Furjaniż Jurgen Pisani laqat il-ballun tajjeb bir-ras iżda tefgħu ftit barra mill-viċin.