Coronavirus Edukazzjoni Lokali Saħħa

“Għandhom ikunu l-Awtoritajiet tas-Saħħa li jieħdu d-deċiżjonijiet u mhux il-politiċi” – Bernard Grech

"Il-Gvern irid ikun trasparenti fir-roll-out tal-vaċċin"

“Il-Gvern għandu jkun trasparenti u jagħti l-informazzjoni kollha dwar it-tilqim tal-vaċċin għal kontra l-COVID-19. Apparti dan għandhom ikunu l-Awtoritajiet tas-Saħħa li jieħdu d-deċiżjonijiet u mhux il-politiċi”.

Kliem il-Kap tal-PN Bernard Grech waqt intervista li saritlu fuq Net FM.

Huwa qal li talab inkjesta fuq dawk in-nies li qed jieħdu l-vaċċin, dan sabiex ikun hemm trasparenza assoluta f’dan il-proċess ta’ tilqim. Dan hekk kif bħalissa pajjiżna għaddej minn emerpenza ta’ saħħa b’numri rekord ta’ kuljum. “Ma jistax ikollok nies li jieħu preferuti fuq persuni vulnerabbli, kulħadd għandu jieħu l-vaċċin meta ħaqqu”.

Bernard Grech qal li l-Gvern tilef il-kontroll tas-sitwazzjoni ta’ din il-pandemija. “Kellna Prim Ministru li għaġġel u ħareġ iħeġġeġ lin-nies biex joħoġru u li l-mewġ fil-baħar.”

Il-Kap tal-PN qal li huwa tajjeb li naraw li l-ekonomija tibda tirkurpa imma dan ma nistgħux nagħmluh għal skapitu tas-saħħa tan-nies.

Bernard Greh qal li wara li rajna lill-Prim Minsitru litteralment jikkollassa, huwa evidenti li għandna Prim Ministru li tilef il-kontroll…

Saħaql li l-PN ilu x-xhur jagħti l-pariri tiegħu għal din il-pandemija imma għandna Prim Ministru li jrid jagħmel ta’ rasu. Bernard Grech qal li “Dan huwa l-mument li nxamru l kmiemi, nuru li lesti li nieħdu din il problema bi serjetà.”

Fost il-proposti li kien ressaq il-PN kien hemm li jingħataw il-vouchers u li jsir rapid testing sa mill-bidu nett ta’ din il-pandemija.

Meta wieħed iqabbel l-istatistika jinduna kemm il-kriżi f’Malta hija waħda allarmanti, fejn fl-aħħar jiem kellna numri rekord ta’ każi pożittivi ġodda. Bernard Grech qal li meta jkun hemm din iż-żieda f’daqqa, ikun hemm riskju li jiġi affettwat is-settur tas-saħħa kollu… dan b’detriment għal dawk in-nies li jkollhom bżonn servizz mediku ieħor.

Nies li kellhom posponiment għal operazzjonijiet li kienu se jsirulhom, dan minħabba li l-maġġoranza tar-riżorsi qed jintużaw għal din il-pandemija. Dan kollu qed iwassal għal pressjoni kbira fuq is-servizz tas-saħħa, fuq l-ITU u fuq il-frontliners innifishom.

Bernard Grech qal minħabba n-nuqqas tal-Prim Ministru u tal-arroganza tiegħu, illum qed ibatu n-negozji u sidien… qed ibatu wkoll dawk il-missirijiet li fl-ewwel sigħat tat-twelid ta’ uliedhom, ma jistgħux ikunu magħhom.

Il-Kap tal-PN qal li hu għandu obbligu li fil-mument tal-bżonn minflok jikkrolla u jaħrab… iqum u jerfa’ r responsabbiltà… jisma’ lill-esperti u jagħti każ. “Il-PN qed jagħti direzzjoni u qed jgħid li rridu nieħdu ħsieb l-affarjiet bis-serjetà.”

Bernard Grech għadda messaġġ ta’ tama sabiex f’dan il-mument tant diffiċli kulħadd jagħmel kuraġġ għaliex huwa biss permezz tal-għaqda li nistgħu nirbħu l-isfidi.