Futbol Sport

Ħamrun jiftħu vantaġġ ta’ ħames punti fuq Hibernians b’gowl ta’ Doumbia fl-aħħar minuti

(Ritratt: MFA/Domenic Aquilina)

Rowen Camilleri
ĦAMRUN S……….1
HIBERNIANS…………….0

Ħamrun S: E. Bartolo, D. Gojkovic, M. Guillaumier, A. Soares, F. Sasere, S.
Valero, J. Corbalan, P. Djordjevic, K. Micallef, C. Dielna, S. Doumbia (Adeshina 90′)
Hibernians: M. C. Cremona, F. Apap, L. Almeida, R. D. Anjos (W,Texeira 85′), J. Grech (T. Fonseca 67’), J. Degabriele (I. Iriberri 86’), B. Kristensen, D. Vella, G. Iziquier, A.Agius, G. Ribeiro

Imwissija: R. D. Anjos 75’, B. Kristensen 85’(Hi), (M.Guillaimier 56′) (A. Soraes 76′) (Ħ)

Skorjaw: S. Doumbia 89’ (Ħ)

Referee: Trustin Farrugia Cann
Assistenti Referees: Luke Portelli u Roberto Vella

Il-Mument Plejer tal-logħba: Bjorn Kristensen (Hibernians)

BOV Plejer tal-logħba: Leandro Almeida (Hibernians)

F’partita li kienet mistennija ferm bejn l-ewwel żewġ timijiet tal-klassifika,
Ħamrun Spartans ħadu t-tliet punti meta rebħu bl-iskor ta’ 1-0 minn penalty ta’ Doumbia fid-89 minuta. Bil-bidu tal-partita tkun waħda b’logħob maqsum bejn iż-żewġ timijiet u b’nuqqas ta’ azzjonijiet perikolużi, l-ewwel azzjoni waslet fl-24 minuta minn Ħamrun meta Sasere tefa’ kross fil-kaxxa fid-direzzjoni ta’ Doumbia iżda d-daqqa ta’ ras tal- Ivorjan għaddiet barra. Fl-44 minuta Jurgen Degabriele rnexxielu jidħol fil-kaxxa avversarja u wara li avvanza prova xutt fil-baxx iżda Bartolo kien attent u laqa’ tajjeb.

L-andament fil-bidu tat-tieni taqsima baqa’ l-istess bil-logħob ikun maqsum u biż- żewġ skwadri jkunu kawti bil-ballun u l-ewwel azzjoni waslet fl-54 minuta mill-Ispartans meta kienet azzjoni personali ta’ Sasere li qabad il-ballun minn tar fil-kaxxa u war li avvanza bih prova xutt fil-baxx li Calleja Cremona laqa’ faċilment. Fit-78 minuta Hibernians resqu viċin meta kienet azzjoni personali ta’ Gilmar li qabad il-ballun minn tlett kwarti ta’ grawnd u wara li rnexxielu jidħol fil-kaxxa minn qagħda angulata ra l-konkluzzjoni tieghu tghaddi barra. Minuta wara kien Jurgen Degabriele li prova xutt tajjeb minn tarf il-kaxxa li Manuel Bartolo kellu jdawwar f’korner. Hekk kif kollox deher li l-partita deheret sejra fi dro ta’ 0-0, fis- 87 minuta Ħamrun ingħataw penalty meta Dielna twaqqa fil-kaxxa minn Ferdinando Apap.

Mill-11-il metru jkun SEYDOU DOUMBIA li nkariga ruħu u ma’ żbaljax biex ta tlett punti importanti għal Ħamrun fil-mixja tagħhom lejn ir-rebħ tat-titlu.