Internazzjonali

“Id-dinja tinsab ‘il bogħod biex tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja”

“Id-dinja tinsab ‘il bogħod milli tilħaq il-miri meħtieġa biex jitnaqqsu l-emissjonijiet fl-arja u li t-temperatura ma tkomplix togħla”.

In-Nazzjonijiet Uniti qalet dan wara rapport dwar kif ħafna mill-pajjiżi mhux jimxu ma’ dak li suppost jintlaħaq sal-2030.

Wara trattat internazzjonali dwar it-tibdil fil-klima ffirmat f’Pariġi fl-2015, kważi 200 pajjiż stabbilew għan li jillimitaw iż-żieda fit-temperatura globali b’2 gradi celcius – jew idealment 1.5 grad celsius.

In-Nazzjonijiet Uniti iżda qalet li jeħtieġ li jsir aktar hekk kif dan ir-rapport reġa’ xegħel l-allarm fuq id-dinja u  kixef kif għadd ta’ pajjiżi kważi m’huma jagħmlu xejn biex inaqqsu l-emissjonijiet li l-aktar qed jagħmlu ħsara.