Lokali

“Il-ħabs huwa reward zero facility”

“Sitwazzjoni tal-biża’”, “biċċa flokk u shorts fl-eqqel tax-xitwa”, “kallu ħmieġ mat-tojlit”, “ridt inneħħi ħajti b’idi”.

Dawn huma uħud mill-istqarrijiet li ħarġu minn fomm David Grech eks ħabsi li qasam l-esperjenza tiegħu tul il-programm l-Erbgħa fost il-Ġimgħa fejn tenna li fil-ħabs m’hemmx struttura.

Matul il-programm saħaq li s-sitwazzjoni tant kienet frustranti li  kien hemm waqtiet meta prova jneħħi ħajtu b’idejh.

David Grech tenna li huwa diffiċli li n-nies jifhmu s-sitwazzjoni, imma fil-ħabs hu ltaqa’ ma’ nies ta’ qalb kbira, dgħajfa, li kienu qed ifittxu vojt, nies li jiġu ġġudikati. Qal li jittama li s-sitwazzjoni tirranġa f’qasir żmien filwaqt li se jibqa’ jitkellem u jistinka biex wara kollox l-esperjenza li għex hu, ma jgħixha ħadd aktar.