Internazzjonali

“Inħarsu lil hinn mid-differenzi” – tissokta ż-żjara tal-Papa fl-Iraq

Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f’isem ir-reliġjonijiet

Il-Papa Franġisku kompla biż-żjara storika tiegħu fl-Iraq hekk kif fl-aħħar sigħat iltaqa’ ma’ Ali al-Sistani wieħed mill-mexxejja tal-Musulmani fil-pajjiż.

Din il-laqgħa kienet deskritta bħala waħda simbolika. Il-Papa kkundanna wkoll l-estremiżmu f’isem ir-reliġjonijiet

Il-Papa, f’dawn il-jiem, se jipprova jqawwi qalb il-membri tal-komunità Kattolika li kulma jmur qegħdin jonqsu f’dan il-pajjiż.

Il-programm tiegħu fost ħafna impenji jinkludi anki laqgħat ma’ aktar Kapijiet reliġjuż influwenti tal-Musulmani bil-għan li jitkattar ir-djalogu bejn id-dominazzjonijiet reliġjużi.

Impenn importanti ieħor fil-programm se tkun il-quddiesa li l-Papa għandu jiċċelebra fi stadium fil-belt ta’ Irbil, lejn in-naħa ta’ fuq tal-Iraq.

Din kienet l-ewwel żjara internazzjonali li l-Papa Franġisku wettaq minn mindu feġġet il-pandemija tal-Coronavirus.