Lokali

Irrikordjati biċċiet mill-akbar opri importanti tal-mużika fuq l-orgni

Iċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran (MCC) u l-Fondazzjoni Ewropea għall-Għajnuna tal-Kultura, huma magħrufa ma’ dawk li jattendu l-kunċerti, għal xogħlijiet importanti u ta’ kwalita għolja li huma jwettqu ma dak li għandha x’taqsam il-kultura u l-arti, b’firxa wisa ta’ semmiegħa kemm Maltin, kif ukoll internazzjonali.  Huma kkollaboraw flimkien fuq proġetti għal numru ta’ snin, iżda minħabba l-firxa tal-pandemija tal-Covid 19, dawn iż-żewġ organizazzjonijiet – bħal ħafna oħrajn- kellhom bilfors jaċċettaw is-sitwazzjoni preżenti u jikkanċellaw ħafna mill-kunċerti tagħhom. 

Bħala azzjoni kontra din il-pandemija, MCC ħasbu biex jibdlu l-proġetti tagħhom għal dawk li jistgħu isiru minkejja r-restrizzjonijiet bħala riżultat tal-Coronavirus, u jistiednu lid-Direttur tal-Mużika tagħhom biex jirrikordja u jiffilmja  biċċiet mill-akbar opri importanti tal-mużika fuq l-orgni miktuba minn J.S.Bach.Dawn se jkunu esegwiti fuq l-orgni Walcker li jinsab fil-knisja tal-Bon Kunsill f’Paceville. 

Iċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran u l-komunita Agostinjana f’Paceville qed jikkollaboraw fuq dan il-proġett li diġa ra selezzjoni ta’ xogħlijiet rekordjati bħal ma huma, Toccata and Fugue in D minor (BWV 565), Toccata Adagio and Fugue in C Major (BWV 654), Trio Sonata in D and E Minor, Trio Sonata In C Major, kif ukoll numru ta’ Chorale Preludes u  Fantasy and Fugue in G Minor (BWV 542). Xogħlijiet li għad iridu jiġu rekordjati jinkludu Fantasy in G Major u l-famuza Passacaglia and Fugue in C Minor. Għazla ta’ Sonatas fuq l-orgni ta’ Azzopardi ser ikunu inklużi ukoll. 

Ma’ dawn il-kompożizzjonijiet ta’ Bach, ir-repertorju se jinkludi ukoll xogħol kontemporanju ta’ Kompożituri Maltin li jinkludi l-għazla ta’ xogħol ġdid ta’ SAlex Valla Gregory intitolat “TRYPTICH” li se jinstema għall-ewwel darba. 

Alexei Galea Cavallazzi huwa wieħed mill-aktar mużiċisti magħrufa u versatili. Il-karriera tiegħu wasslitu f’ħafna pajjiżi, jidderieġi xogħlijiet differenti bħal sinfoniji ta’ Nielsen u Bruckner, kif ukoll xogħlijiet ta’ Bach u kompożituri oħra tal-mużika barokka.  Alexei temm l-istudji tiegħu fuq l-orgni ġewwa Oxford u ħa sehem f’bosta ‘masterclasses’ ma organisti ta’ fama ġewwa l-Ġermanja u postijiet oħra.

Bħala Direttur tal-Muzika ġewwa ċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran, jien għamilt ħilti biex mhux biss il-kalendarju mużikali tagħna jinkludi wirjiet ta’ mużika min kompożituri prinċipali, iżda wkoll nippreżentaw sezzjoni varja ta’ mużika kontemporanja maltija.  Tajna wirjiet ta’ numru ta’ xogħolijiet minn diversi  kompożituri importanti maltin tas-sekli għoxrin u wieħed u għoxrin, kif ukoll tlabna lill-kompożitur malti Alex Vella Gregory biex jikteb xogħol ġdid.  Dan ix-xogħol huwa miktub fi tlit partijiet u huqwa msejjaħ “Tryptich”.  Xi snin ilu jiena wkoll ħdimt ma’ Vella Gregory meta, bħala parti mill-festivitajiet tac-CHOGM f’Malta kont mitlub nidderieġi The Purcell School Orchestra fuq żewġ xogħolijiet oħra minn dan il-kompożitur li huma Adoration u Sapienta.  Dan ix-xogħol ġdid ta’ Vella Gregory għandu jkun video rekordjat aktar tard din is-sena.  Nixtieq nirringrazzja lil Konstantin Ishkhanov u lil EUFSC tal-għajnuna u inkoraġġiment tagħhom biex dan il-proġett ikun jista jitwettaq u għalhekk nittama f’aktar kollaborazzjoni fil-futur” – Alexei Galea Cavallazzi, Direttur tal-Mużika fiċ-Ċentru tal-Konferenzi tal-Mediterran.  

Il-kompożizzjonijiet għall-orgni ta’ Bach bla dubju huma fil-quċċata tal-mużika miktuba għal dan l-istrument, sew mużikalment kif ukoll teknikament, u jibqgħu magħrufa bħala xogħolijiet miktuba apposta għall-istrument favorit ta’ Bach stess, li huwa rikonoxxut bħala l-akbar organista fl-istorja fost l-organisti kollha. 

Ix-xogħol tiegħu għall-orgni jinkludi firxa wiesgħa ta’ forom u kwalita li tinkludi kemm mużika sagra kif ukoll sekulari.  Dawn il-produzzjonijiet ser ikunu mxandra fuq it-TV Malti u huma parti mill-istrateġija tal MCC u l-EUFC sabiex titwassal l-għola kultura lill-pubbliku in ġenerali.

Minbarra l-Walcker, Alexei ser jirrikordja xogħol ieħor magħruf fuq orgni oħrajn madwar l-Ewropa, li jinkludu Altenburg Schloss ġewwwa Altenburg, Germanja, l-orgni ta’ Groningen ġewwa Martin Church l-Olanda, The Capella Organ gewwa St. Petersburg, u l-orgni ta’ Pembroke College, Oxford University. 

Nixtieq nifraħ lill-Alexei Galea Cavallazzi u liċ-Ċentru Tal-Konferenzi tal-Mediterran għal dan il-proġett immaġinattiv u importanti.  Alexei huwa ħabib antik tal-EUFSC, u jiena konvint illi bħal proġetti oħra flimkien ta’ qabel dan se jkun suċċess u avventura pjaċevoli. Din l-inizjattiva ta’ rekordjar tippreżenta tweġiba ġdida għal problemi kbar li qed jiffaċċjaw proġetti artistiċi f’dawn iż-żmienijiet, u hija waħda li jiena ċert se tkompli turi l-valuri tagħha fil-futur bħala biċċa xogħol li tikxef u tesegwixxi dawn ix-xogħlijiet kbar tar-repertorju fuq dan l-istrument filwaqt li Alexei jesplora dawk l-orgni ta’ sinjifikat storiku madwar l-Ewropa” – Konstantin Ishkhanov  – President EUFSC. 

Biex tara l-videos u tkun taf aktar fuq dan il-proġett zur https://mcc.com.mt/