Lokali

Iweġġa’ gravi f’inċident bil-quadbike

Franċiż ta’ 30 sena, għal xit-15.15 , kellu jittieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq il-Marga, x-Xagħra, Għawdex. 

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma tilef il-kontroll tal-quadbike li kien qiegħed isuq, tat-tip Adly 320U, u waqa’. 

Aktar tard, hu ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. 

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.