Lokali

Mhux jibbukjaw vaganzi għall-pajjiżna għal din is-sena

Skont esperti tal-ivvjaġġar, vjaġġaturi mir-Renju Unit li jixtiequ jiġu f’pajjiżna…bdew jibbukkjaw vaganzi f’Malta – iżda għall-2022.

Ir-Renju Unit huwa tradizzjonalment l-akbar mutur tat-turiżmu f’pajiżna, u jammonta għal persuna minn kull seba’ li waslu Malta qabel il-bidu tal-pandemija tal-COVID-19

L-akbar kumpanija tal-vaganzi tal-Gran Brittanja, TUI, rat żieda ta’ 500 fil-mija fil-prenotazzjonijiet tas-Sajf u l-Greċja u Ċipru rrappurtaw ukoll żieda. Iżda dan ma kienx il-każ għal Malta.

“Huwa inkoraġġanti li tara x’qed jiġri mill-operaturi tar-Renju Unit iżda ċ-ċifri tal-prenotazzjonijiet tas-Sajf għal Malta mhumiex tajbin daqs kemm nixtiequ li jkunu,” qal Noel Farrugia, direttur maniġerjali ta’ Britannia Services.

Bħalissa, l-ivvjaġġar lejn u mir-Renju Unit huwa pprojbit, ħlief għar-residenti u ċ-ċittadini Maltin peress li l-pajjiż qede jipprova jtaffi ż-żieda qawwija fil-każijiet COVID-19 speċjalment mill-varjant tar-Renju Unit.