Sport Sport Ieħor

Jitħabbru il-finalisti għall-unuri tal-Isportivi tas-Sena

Ftit ilu tħabbru l-finalisti għall-unuri tal-Isportivi tas-Sena, bi tliet finalisti mħabbra f’kull kategorija. Ir-rebbieħa se jkunu magħrufa nhar is-Sibt 13 ta’ Marzu, f’ċerimonja organizzata minn SportMalta kif ukoll l-Għaqda Ġurnalisti Sport, li tippremja lill-isportivi li tant ikunu stinkaw fl-isport tagħhom.

Il-finalisti għall-isportiv tas-sena: Rodney Gatt (Tiġrijiet taż-Żwiemel), Dejan Grech (Pool), Ben Plumpton (Waterpolo)

Il-finalisti għall-isportiva tas-sena: Sue Abel (Ten Pin Bowling), Hailey Bugeja (Futbol), Sacha Gatt (Għawm)

Il-finalisti għaż-żagħżugħ tas-sena: Kayden Lagana (Ten Pin Bowling), Richard Schultheis (Ibburdjar), Kijan Sultana (Squash)

Il-finalisti għaż-żagħżugħa tas-sena: Hailet Bugeja (Futbol), Tenishia Thornton (Weightlifting), Tara Vella Clark (Ġinnastika)

Il-finalisti għall-kowċ tas-sena: Jesmond Caruana (Weightlifting), Devis Mangia (Futbol), Dorian Pisani (Waterpolo)

Il-finalisti għall-uffiċjal ta-sena: Vincent Degiorgio (Malta Pool), Andy Grech (Athletics Malta), Joseph Muscat (Malta Basketball Associtation)

Il-finalisti għat-tim tas-sena: Tim Nazzjonalu tan-nisa (Futbol), Luxol Futsal Club (Futsal), Elusive II (Ibburdjar_