Sport Waterpolo

Marsaxlokk l-ewwel tim eliminat

Stewart Said

BIRŻEBBUĠA FREEPORT………………..16
MARSAXLOKK BROWN’S…………………. 7
(3-2), (3-1), (5-1), (5-3)

Marsaxlokk Brown’s Pharma saru l-ewwel tim eliminat minn din l-edizzjoni tal-Enemed Cup wara li kien megħlub meritatament minn Birżebbuġa Freeport . Bir-regoli l-ġodda ta’ din il-kompetizzjoni, tim ikun eliminat meta jitlef żewġ logħbiet, bl-ewwel telfa tasal kontra Neptunes.
Ix-Xlukkajri fl-assenza tal-kowċ Joe Cremona, qatt ma rkupraw wara l-bidu negattiv li kellhom. Birżebbuġa kisbu vantaġġ ta’ tliet gowls fl-ewwel sessjonipermezz ta’ Neil Cassar, David Pace Lupi u Simon Vassallo. L-unika reazzjoni fil-logħba ta’ Marsaxlokk waslet b’żewġ gowls konsekuttivi li naqset id-distakk għal 3-2.

L-istess ġara fit-tieni sessjoni, bit-tim ta’ Pierre Borg ikabbar id-distakk għal 6-2 sakemm Rainier Scerri naqqas id-distakk bit-tieni gowl personali. Wieħed kien qed jistenna li Marsaxlokk jgħollu l-livell tal-prestazzjoni.
Iżda Birżebbuġa bdew jaqbdu lill-avversarji fil-kontrattakki u aċċertaw mir-rebħa b’gowls ta’ Neil Cassar, Julian Farrugia, Ben Grech u Max Borg. Fil-
kumplament tas-sessjoni kif ukoll fl-aħħar perjodu, Birżebbuġa kkontrollaw mingħajr diffikultà biex fir-rawnd li jmiss jilagħbu kontra Marsaskala.

Birżebbuġa: M. Sladden, J. Farrugia (2), N. Cassar (3), D. Pace Lupi (3), K.Camilleri, P. Serracino (1), S. Vassallo (1), D. Cutajar (1), M. Bonnici (1), M.
Borg (2), G. Sammut, Z. Farrugia Seychell, L. Abela, B. Grech (2)
Marsaxlokk: B. Busuttil, M. Pace (1), S. Stellini, M. Martellacci, T. Agius (2),
L. Saliba, J. Galea, Z. Micallef (1), R. Scerri (2), J. Portelli (1), P. Caruana Turner, K. Cauchi
Referees: Alex De Raffaele, Stefan Licari