Futbol Sport

Tispikka id-derby ta’ Manchester fit-28 ġurnata mill-Premier League Ingliż

Għada, il-leaders tal-Premier League Manchester City jilqgħu f’darhom lit-tim tat-tieni post, ir-rivali Manchester United. Minkejja li hemm post wieħed biss li jifridhom, id-distakk ta’ erbatax-il punt huwa wieħed sinifikanti, b’Manchester City jiksbu 21 rebħa infila fil-Premier League. Min-naħa l-oħra, Manchester United m’humiex megħluba fl-aħħar 21 partita li lagħbu barra minn darhom. B’ hekk din il-partita se tkun waħda interessanti biż-żewġ timijiet preparati sabiex jwaqqfu l-mixjiet pożittivi tat-tim oppost.

F’partita oħra aktar tard illum Liverpool jiltaqgħu kontra Fulham f’darhom, wara d-disfatta li kellhom fost il-ġimgħa, fejn kienu megħluba minn Liverpool. Din kienet il-ħames telfa kosekuttiva f’darhom u tliet punti huma imperattivi fit-taqtiegħa tagħhom li jiksbu post mal-ewwel erba’. Min-naħa l-oħra, Fulham jinsabu fiż-żona relegazzjoni u għalhekk se jkunu qed jagħmlu minn kollox biex jagħtu telfa oħra lil Liverpool u joħorġu bi tliet punti minn Anfield.

Fl-ewwel partita tal-ġurnata, Arsenal se jmorru f’Turf Moor bit-tir li jiksbu tliet punti. Arsenal jinsabu fl-10 post tal-klassifika u jekk iridu jiksbu post fl-Ewropa għandhom bżonn jibdew jiġbru l-punti, b’nuqqas ta’ konsistenza fir-riżultati tħallihom mat-timijiet ta’ nofs il-klassifika. Min-naħa l-oħra jinsabu fil-15-il post tal-klassifika u se jkunu qegħdin iħarsu li jiksbu żewġ rebħiet kontra Arsenal fi staġun wieħed, għall-ewwel darba sa mill-1963.

F’partita oħra bejn żewġ timijiet ‘il fuq fil-klassifika, nhar it-Tnejn Chelsea jospitaw fi Stamford Bridge lit-tim li jinsab poħizzjoni warajhom, Everton. Iż-żewġ timijiet huma separati biss b’punt wieħed, bir-rebbieħ ta’ dan il-konfornt jikkonsolida postu fir-raba’ post tal-klassifika.

Illum: Burnley v Arsenal, Sheff’ Utd v Southampton, Aston Villa v Wolves, Brighton v Leicester, Għada; West Brom v Newcastle 1.00pm, Liverpool v Fulham 3.00pm, Man City v Man Utd 5.30pm, Tottenham v C’Palace 8.15pm
ItTnejn; Chelsea v Everton 7.00pm, West Ham v Leeds 9.00pm