Lokali

“Abela insensittiv għall-weġgħa tan-nies għax jisma’ minnu nnifsu biss” – PN

Robert Abela naqas milli juri emozzjoni meta b’dikjarazzjonijiet u deċiżjonijiet ġab sitwazzjoni ta’ kollass fl-immaniġġjar tal-pandemija li qed iwassal biex hawn poplu inkwetat b’dak li qed jiġri nkluż familji, anzjani, tfal u żgħażagħ qed jaraw sitwazzjoni li dejjem qed issir iktar imwegħra.
Robert Abela naqas milli juri emozzjoni meta l-għaqdiet tal-professjonisti tas-saħħa kollha qalulu b’vuċi waħda li għandna sitwazzjoni ta’ allarm.

Robert Abela naqas milli juri emozzjoni ghall-vittmi tal-pandemija wara li Malta issa qabżet l-ogħla medja ta’ infezzjonijiet li qatt irreġistrat iż żona tal-Unjoni Ewropea, u b’rata għola minn Franza, l-Italja, l-Ingilterra, l-Ġermanja u l-Istati Uniti. Robert Abela insensittiv għall-weġgħa tan-nies għax konfuż u dahru mal-ħajt.

Robert Abela insensittiv għall-weġgħa tan-nies għax arroganti u wara li qal li l-mewġ qiegħed fil-baħar baqa’ jindaħal lill-Awtorijtajiet tas-Saħħa u jibgħat messaġġ li s-sajf li għadda kollox kien normali. Robert Abela insensittiv għall-weġgħa tan-nies għax għal darba wara l-oħra qal li se naħarbu niġru waqt li għadna f’nofs pandemija. Robert Abela insensittiv
għall-weġgħa tan-nies għax issa nqabad li l-ħaddiema tas-saħħa m’humiex jirċievu l-listi ta’ min suppost huwa intitolat għall-vaċċin u allura qed ikun hemm walk-ins ta’ nies.

Żmien il-paroli spiċċa. L-emozzjoni li jmissu jħoss Robert Abela, wara li wera biċ-ċar kemm hu rasu iebsa u spiċċa jattakka l-ġurnalisti, għandha tkun diretta lejn dawk il-familji, anzjani, tfal, negozjanti u żgħażagħ li qeghdin jaraw sitwazzjoni li dejjem qed issir iktar imwiegħra. Iżda hu jrid jisma’ biss minn dak li jgħidlu moħħu mhux dak li jgħidulu l-awtoritajiet
tas-saħħa.