Sport Sport Ieħor

Cherise Farrugia tkompli timpressjona

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, ilbieraħ waqt is-sitt laqgħa tas-sena, kien hemm it-tkomplija tal-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold. Dan permezz ta’ erba’ heats li minnhom sittax -il ziemel għaddew ghas-semifinali. Barra dawn il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet minn Caid De Bengale misjuq minn Cherise Farrugia. Dan ħa r-raba’ rebħa nfila u għal Cherise Farrugia din kienet it-tieni rebħa tal-ġurnata. Dan kien ukoll jum memorabbli għall-familja Farrugia għax barra r-rebħiet ta’ Cherise kien hemm dik ta’ nannuha Andrew b’Udako.  

Disa’ żwiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Carlo De Carsi (Michael Ellul) kien l-aktar b’saħħtu wara l-karozza tat-tluq u minnufih fetaħ vantaġġ minimu minn Caid De Bengale (Cherise Farrugia) u Vencedor (Mario Fenech). Madankollu f’nofs id-dritta finali, Carlo De Carsi beda jnaqqas mill-pass biex inqabeż minn Caid De Bengale li ħa r-raba’ rebħa konsekuttiva b’tul minn Vencedor. Carlo De Carsi kellu jikkuntenta bit-tielet pożizzjoni minn Avrik De Guez (Carmelo Farrugia). Ir-rebbieħ kellu medja ta’ 1.15.7” fil-kilometru.   

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Generation d’Amour (J. Gafa’) Ħin – 3.28.4” (1.18.9”) 2. Flexy Vert (D. Casha) 3. Grace d’Auberville (M. Attard) 4. Gege De L’Aunay (R. Briffa)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Croque Tout (J. Gafa’) Ħin – 3.29.7” (1.19.2”) 2. Desir La Douve (Sh. Portelli) 3. Baron De Neuillac (D. Casha) 4. Utian Joy (V. Camilleri)

III Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Chemsak Vedaquais (J. Said) Ħin – 2.44.3” (1.16.8”) 2. Gigant Well (N. Baldacchino) 3. Ramon Dekkers (C. Calleja) 4. Atus Picken (J. C. Pace)

IV Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Forecast (L. Ghigo) Ħin – 2.41.9” (1.15.7”) 2. Xceed G.T. (C. Vassallo) 3. Connecticut (M. Ellul) 4. Carnegie Hall (P. Galea)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Ami De Clerlande (N. Baldacchino) Ħin – 2.42.4” (1.15.9”) 2. Global Rebel (C. Camilleri) 3. Tom Des Rivieres (C. Calleja) 4. Tsunami (G. Farrugia)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Bright Charm (Cherise Farrugia) Ħin – 2.46.2” (1.17.7”) 2. No Limit L.A. (D. Gatt) 3. Coquin De Fontaine (A. Cassar) 4. Aristote Gede (M. Fenech)

VII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Udako (A. Farrugia) Ħin – 3.27.8” (1.18.7”) 2. Cristal Des Hayes (N. Baldacchino) 3. Collins De Bucy (R. Gatt) 4. Edson Boko (M. Falzon)

VIII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Caid De Bengale (Cherise Farrugia) Ħin – 3.19.9” (1.15.7”) 2. Vencedor (M. Fenech) 3. Carlo De Carsi (M. Ellul) 4. Avrik De Guez (C. Farrugia)

IX Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Desir De Banome (C. Gauci) Ħin – 3.29.5” (1.19.5”) 2. Vieux Lille (E. Bezzina) 3. Conflit (T. Demanuele) 4. Coucou Mon Neveu (J. Gafa’)