Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: Imutu 5 persuni – 182 każ ġdid

Sena mill-firxa tal-pandemija l-imwiet jiżbqu t-330

Sena wara li ngħatat bidu għal-pandemija tal-Covid-19 fil-Gżejjer Maltin it-total ta’ każi rreġistrati huma 24,298.

Dan wara li fl-aħħar 24 siegħa ġew irreġistrati 182 każ – 1,916 fl-ewwel ġimgħa ta’ dan ix-xahar biss.

Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li bejn is-Sibt u l-Ħadd tilfu ħajjithom 5 persuni kawża tal-virus; raġel ta’ 51 sena f’residenza privata, tlett irġiel ta’ 50, 78 u 95 sena rispettivament u mara ta’ 63 sena lkoll waqt li kienu rikoverati fl-Isptar Mater Dei.

Dan ifisser li t-total ta’ fatalitajiet li ħalliet din il-pandemija s’issa f’pajjiżna qed jammontaw għal 334.

Dan filwaqt li fl-aħħar 24 siegħa fiequ 258 sabiex l-ammont totali ta’ persuni mfejqa issa jlaħħaq 20,742.

Għaldaqstant il-każi attivi jammontaw għal 3,322.

Intant tul il-jum tas-Sibt it-tieni dożi mgħotija tal-vaċċin huma 32,420.