Lokali

Dgħajsa tal-pass iddedikata lil Ġorġ tal-Mużew

Dalgħodu, Birgu Regatta Club bierket dgħajsa tal-pass li ngħatat isem ġdid… dak ta’ Ġorġ l-Għannej tal-Mulej b’tifkira għal Ġorġ tal-Mużew li tant kien maħbub minn ħafna.

Ġorġ, li trabba fil-Birgu, qatta’ għomru u żmienu jqabbel taqbiliet ħelwin, il-biċċa l-kbira tagħhom b’temi reliġjużi u dejjem b’messaġġ pożittiv.

Ġorġ ingħata l-aħħar tislima nhar il-Erbgħa li għadda wara li miet fl-età ta’ 94 sena: