Futbol Sport

Għal darb’ oħra, Gudja jqumu għall-okkażjoni kontra Valletta

(Ritratt: Joe Borg/MFA)

Matthias Mizzi

Valletta………………2

Gudja United……….4

Valletta: H. Bonello, R. Camilleri,  T. Caruana, S. Malano, M. Picciolo, S.Dimech (80’ R. Tonna), E. Beltre, E. Sala, W. De Oliveira (67’ R. Fenech), I. Maric, M. Fontanella

Gudja United: G.Zammit, A. Friggieri (87’ J. Farrugia), G. Mensah (82’ T. Vella), F. Pankatican, I. Gonzalez, A. Micallef, A. Da Silva (70’ J. Brincat), T. Veronese, J. Bolanos, J. Grioli (45’ L. Cremona), P. Silva

Imwissija: VLT: 65’ E. Sala80’ R. Fenech GUD: 42’ G. Mensah

Imkeċċi: 87’ E. Sala

Skorjaw: 27’  S. Malano (VLT), 48’, 51’ G. Mensah (GUD), 86’ P. Silva (GUD) (PEN). 90’ M. Fontanella (VLT)

Referee: Emanuel Grech

Assistenti Referees: Alan Camilleri & Mark Ciantar

Raba’ Uffiċjal:  Slobodan Petrovic

BOV Plejer tal-Logħba: Gabriel Mensah (Gudja United

Gudja United jirritornaw għar-rebħ b’rebħa spettakolari fuq Valletta fejn Gudja kienu dominanti matul il-partita kollha. Wara li l-ġimgħa l-oħra kienu sfortunati li sofrew żewġ gowls tard fl-aħħar minuti kontra Tarxien Rainbows, din id-darba Gudja United ħarġu aktar fuq l-offensiva. Fuq in-naħa l-oħra Valletta li kienu ġejjin minn rebħa konvinċenti fuq Senglea Athletic ittamaw li jkomplu l-mixja pożittiva ta’ rebħ.

Għall-kuntrarju ta’ dak mistenni Gudja kellhom aktar opportunitajiet ta’ gowls, madankollu t-tentattivi tagħhom kienu fil-maġġoranza tagħhom salvati tajjeb mill-gowlkiper. Kien proprju ftit qabel in-nofs siegħa logħob li Valletta fetħu l-iskor permezz ta’ Santiago Malano wara li rċieva pass preċiż fil-baxx minn freekick.  Minkejja dan Gudja United qatt ma naqsu r-ritmu biex ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Bonello kien strumentali fil-lasti. Minn ‘clearance’ ħażina tad-difensur laterali ta’ Valletta, Aiden Friggieri ttanta xortieh mill-bogħod iżda Bonello daħal lura jiġri f’postu biex ċaħħad tentattiv mill-isbaħ.

It-tieni taqsima kienet ikkaratterizzata minn l-istess tip ta’ logħob iżda din id-darba l-Gudjani sarrfu l-azzjonijiet perikolużi tagħhom f’żewġ gowls, kuntrarju għall-ewwel taqsima. F’temp ta’ tliet minuti Gabriel Mensah għamel żewġ gowls. Fl-48 minuta, fil-kaxxa avversarja Da Silva tefa’ lil sieħbu Mensah waħdu wiċċ imb wiċċ ma’ Bonello biex dan tal-aħħar ikkonkluda bi stil eleganti fil-baxx. Mensah kompla jimpressjona, biex tliet minuti wara għaqqad id-doppjetta personali u tefa’ lil Gudja fil-vantaġġ minn xutt b’saħħtu barra l-kaxxa. Gudja komplew jagħfsu biex fit-83 minuta s-sostitut Terence Vella kkastiga lil Valletta wara li ħataf l-opportunità minn żball fid-difiża. Il-partita tintemm b’żewġ gowls oħra fejn f’temp ta’ ħames minuti ingħataw żewġ penalties rispettivi lejn iż-żewġ naħat. Għal Gudja skorja Patrick Da Silva filwaqt li għall-Beltin kien Fontanella li skorja mill-ħdax-il metru. B’hekk simili għal dak li ġara bħal daż-żmien sena Gudja ddiżappuntaw għalkollox lil Valletta din id-darba bl-iskor ta’ 4-2.