Il-bejjiegħa tal-monti ta’ Marsaxlokk jinsabu irrabjati wara li kmieni il-Ħadd filgħodu sabu ma wicchom sitwazzjoni fejn ma setgħux jarmaw il-bankarelli tagħhom.
Net News jista jikkonferma illi l-Gvern ma avza lil hadd li z-zona tal-monti ma kinitx se tkun aċċessibbli. Lanqas il-Kunsill Lokali ma kien avżat, bil-bejjiegħa jistqarru ma’ Net News illi jinsabu urtati immens bil-mod kif gew trattati.
F’hin minnhom, issejħu anke il-Pulizija biex jizgumbraw lill-bejjiegħa li kienu sabu posthom temporanjament quddiem il-Knisja. Il-bejjiegħa li tkellmu magħna qalulna li huma kull ma jridu hi “soluzzjoni” sakemm jitlesew ix-xogħlijiet li għaddejin bħalissa fix-xatt ta’ Marsaxlokk.
Dan l-istazzjon jista’ jikkonferma wkoll illi l-bejjiegħa tal-monti ilhom mill-Ħamis jilmentaw dwar din is-sitwazzjoni li qed ittelfilhom ix-xogħol tagħhom.
//= $special ?>