Lokali

Iweġġa’ gravi wara li waqa’ minn għoli

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn għoli fil-limiti ta’ Birżebbugia. L-inċident seħħ ilbieraħ filgħaxija fl-inħawi ta’ Xrobb l-Għaġin meta r-raġel ta’ 58 sena residenti ż-Żurrieq tilef il-bilanċ u waqa’.

Fuq il-post marru pulizija u membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kif ukoll tal-Forzi Armati ta’ Malta permezz ta’ helikopter u patrol boat.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei għal iktar kura fejn iktar tard kien ċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.

Il-Pulizija qed tkompli bl-istħarriġ.