Futbol Sport

Juventus b’rebħa mportanti fuq Lazio

(Ritratt: Twitter/Juventus)

Juventus kisbu rebħa mportanti ta’ 3-1 fuq Lazio biex b’hekk ġew punt biss taħt Milan li jinsabu fit-tieni post tal-klassifika. Lazio ġadu l-vantaġġ fl-erbatax -il minuta permezz ta’ JOAQUIN CORREA. Madanakollu Juventus kisbu l-gowl tad-draw fit-39 permezz ta’ ADRIEN RABIOT fuq pass tajjeb ta’ Alvaro Morata, Juvetnus marru fil-vanntaġġ fis-57 minuta permezz ta’ ALVARO MORATA wara li rċieva tajjeb mingħand Federico Chiesa. Juventus baqgħu jikkontrollaw sakemm tliet minuti wara reġa kien l-Ispanjol Alvaro MORATA li din id-darba mill-ħdax-il metru tefa’ għal ġewwa għal 3-1.

Udinese kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 kontra it-tim ta’ Sassuolo. B’din ir-rebħa Udinese ġew erba’ punti taħt l-istess Sassuolo fl-għaxar pożizzjoni b’iktar. Udinese fetħu l-iskor tliet minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz tal-attakant prolifiku l-Ispanjol FERNANDO LLORENTE, wara li rċieva kross tajjeb mingħand Nahuel Molina.Fit-83 mintuta Udinese ħasbu li ngħataw penalty wara li Manuel Locatelli għamel fawl fil-kaxxa. Minkejja dan, wara konsultazzjoni mal-VAR ir-referee biddel id-deċiżjoni tiegħu u ħassar il-penalty. Biex fit-93 minuta Uidnese għalqu l-partita meta minn pass preċiż ta’Rodrigo De Paul, kien ROBERTO PEREYRA li kkonkluda għal ġewwa għal skor finali ta’ 2-0.

F’partita oħra mis-Serie A Spezia u Benevento qasmu l-punti fi dro ta’ 1-1. B’hekk iż-żewġ timijiet baqgħu fl-istess pożizzjoni fil-klassifika bl-istess punti, 25punt. Benevento marru fil-vantaġġ fl-24 minuta meta wara pass li nifed id-difiża ta’ Nicolas Viola, kien ADOLFO GAICH li għadda tajjeb u kkonkluda għal ġewwa għal 1-0. Madanakollu Spezia kisbu l-gowl tad-dro fil-71 minuta meta wara clearance ħażina ta’Alessandro Tuia, kien DANIEL VERDE li tefa’ ġewwa għal skor finali ta’ 1-1.

lbieraħ; Spezia v Benevento 1-1, Udinese v Sassuolo 2-0
Juventus v Lazio 3-1 Illum; Roma v Genoa 12.30pm, Crotone v Torino 3.00pm, Fiorentina v Parma 3.00pm, H.Verona v Milan 3.00pm
Sampdoria v Cagliari 6.00pm, Napoli v Bologna 8.45pm
Għada; Inter v Atalanta 8.45pm