Sport Sport Ieħor

L-ewwel rebħa f’Malta għal Apero Du Midi fl-ogħla klassi

(Ritratt: Joseph Galea)

Kenneth Vella

Fil-korsa tal-Marsa, ilbieraħ waqt il-ħames laqgħa tas-sena, ingħata l-bidu għal kampjonat ieħor ghal dan l-istaġun 2021. Dan huwa l-kampjonat Assikura għal żwiemel tal-klassi Gold fuq distanza qasira ta’ 2140m. B’kollox saru tliet heats minn dan il-kampjonat li minnhom 12 -il żiemel għaddew għas-semifinali. Barra dawn il-laqgħa nkludiet ukoll tiġrija normali tal-klassi Premier fuq distanza twila ta’ 2640m u li ntrebħet minn Apero Du Midi misjuq minn sidu stess Melvin Farrugia.

Ħdax -il żiemel ħadu sehem fit-tiġrija Premier. Apero Du Midi (Melvin Farrugia) kien l-aktar veloċi wara l-karozza tat-tluq u sa mill-bidu nett fetaħ vantaġġ zgħir minn Big Kaiser (Ludvic Ghigo) u Verso De Crennes (Rodney Gatt). Apero Du Midi okkupa l-ewwel post sal-linja finali biex ħa l-ewwel rebħa fi xtutna bla tbatija minn Verso De Crennes u l-ġdid Franciz Capitole Meslois (George Attard). Big Kaiser kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Frimeur Pipol (C. Calleja) Ħin – 3.28.6” (1.19”) Gibson Desert (P. Galea) 3. Celebre Sublignais (A. Farrugia) 4. Brio De Malte (R. Gatt)

II Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. New Moon Pellini (Ch. Magro) Ħin – 3.24.2” (1.17.3”) 2. Chips De Bourgogne (P. Galea) 3. Caline De Mai Capo (R. Gatt) 4. Coyote Du Relais (M. Farrugia)

III Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cathy De La Rouvre (R. Magro) Ħin – 3.24.5” (1.17.5”) 2. Vic du Bossis (C. Camilleri) 3. Fleierel Vedaquais (C. Farrugia) 4. Aramis Gede (B. Hili)

IV Tigrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Business Du Bourg (N. Baldacchino) Hin – 2.44.7” (1.17”) 2. Drogba Bob (C. Camilleri) 3. Vivoli (M. Cauchi) 4. Vaat Des Caillons (S. Schembri)

V Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. Baron De Majuag (A. Grech) Ħin – 2.40.3” (1.l6.6”) 2. Brin De Noblesse (J. Gafa’) 3. Kasper Trot (R. Gatt) 4. Apollon d’Ille (P. Spiteri)

VI Tiġrija. Heat Kampjonat Assikura. Klassi Gold. Dist – 2140m. 1. What You Want (R. Gatt) Ħin – 2.44.7” (1.17”) 2. Braveheart Jiel (C. Refalo) 3. Bernardo Halbak (C. Vassallo) 4. Cyrus Du Lorault (R. Magro)

VII Tiġrija. Klassi Premier. Dist – 2640m. 1. Apero Du Midi (M. Farrugia) Ħin – 3.22.5” (1.16.7”) 2. Verso De Crennes (R. Gatt) 3. Capitole Meslois (G. Attard) 4. Big Kaiser (L. Ghigo)

VIII Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Cedar Keryvon (Sh. Portelli) Ħin – 3.26.7” (1.18.3”) 2. Badou (Ch. Gauci) 3. Vick De La Nade (M. Debono) 4. Prinsen One (M. Farrugia)