Internazzjonali Mużika

Maneksin jirbħu Sanremo 2021

Il-grupp ‘Maneskin’ rebħu l-festival ta’ Sanremo li sar matul din il-ġimgħa, quddiem teatru prattikament vojt. Huma rebħu bil-kanzunetta ‘Zitti e buoni’. Din kienet l-ewwel parteċipazzjoni tagħhom f’Sanremo.

Il-grupp kien daħal fix-xena mużikali fl-2017, meta pparteċipa fil-11-il edizzjoni ta’ X Factor fl-Italja.

Fedez u Francesca Michielin ġew fit-tieni post tal-festival, filwaqt li Ermal Meta ġie fit-tielet post.

Din kienet il-71 edizzjoni tal-festival ta’ Sanremo.