Sorsi qrib it-tmexxija tal-Isptar Mater Dei ikkonfermaw ma’ Net News illi fl-aħħar sigħat inħasset il-ħtieġa li tinfetaħ ir-raba’ ITU. Dan minħabba l-pressjoni kbira li hemm bħalissa fuq is-servizzi mediċi, kaġun tal-infezzjonijiet tal-Covid.
Matul il-jum tat-Tnejn, dan is-sit se jkun qed iwassal l-istampa sħiħa ta’ dak li qed jaffaċjaw it-tobba u l-infermiera bħalissa.
Il-professjonisti u l-istaff ta’ Mater Dei jinsabu taħt pressjoni enormi, u minn fommhom stess qed toħroġ il-frażi “ma nifilħux aktar” wara sena jissieltu l-pandemija.
Uħud qed iħossuhom minsija mill-awtoritajiet u t-tmexxija tal-pajjiż, filwaqt li ma jistgħux jifhmu kif qed nitkellmu fuq ‘business as usual’ meta għalihom huwa “martirju kuljum”.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li r-raba’ ITU f’Mater Dei kellha bilfors tinfetaħ għaliex bħalissa hemm numru konsiderevoli ta’ sodod li diġa’ huma meħuda. Sitwazzjoni stressanti anke fuq swali oħra fl-istess sptar.

//= $special ?>SENA TAL-PANDEMIJA – id-dokumentarju
Nhar it-Tnejn fis-6:30pm fuq Net TV, waqt il-programm NETLIVE