Futbol Sport

Rabat Ajax promossi… Luqa Champions tan-National Amateur League

Rabat Ajax ġew promossi għall-BOV Challenge League wara li għelbu lil Kirkop United 2-1, wara l-ħin barrani. Kienu Rabat li marru fil-vantaġġ permezz ta’ AIDAN AZZOPARDI biex fl-aħħar minuta Kirkop ingħataw penalty, li nkariga ruħu minnu Dylan Tanti biex sforza l-ħin barrani. Madanakollu Rabat skorjaw il-gowl li tagħhom il-promozzjoni fil-113 minuta meta Maverick Cassar għadda ballun fit-tul lejn NESTOR DA SILVA, li mill-viċin kkonkluda għal ġewwa biex ta r-rebħa lit-tim Rabti.

Min-naħa l-oħra Luqa għelbu lil Melita biex ġew nkurunati champions tan-National Amateur League. Il-gowls għal-Luqa waslu permezz ta’ penalty ta’ KEITH VELLA u LUCKY CHIBUZOR filwaqt li għal Melita kien MICHAEL CAHIA li kkonkluda għal ġewwa.

Flimkien ma’ Rabat u Luqa, ġew promossi wkoll Mġarr United kif ukoll Melita li l-istaġun li ġej se jkunu qegħdin jilgħabu fil-kampjonat BOV Challenge League.