Futbol Sport

Rangers champions tal-Kampjonat Skoċċiż wara 10 snin

Rangers saru champions tal-Kampjonat Skoċċiż wara nuqqas ta’ 10 snin wara li s-Sibt għelbu lil St. Mirren 3-0 filwaqt li Celtic u Dundee United temmew fi draw ta’ 0-0.

Dan kien l-ewwel Kampjonat għal Steven Gerrard kemm fil-karriera tiegħu bħala player kif ukoll bħala kowċ u wara staġun impressjonanti fit-tmexxija ta’ Rangers irnexxielhom itemmu d-dominanza ta’ Celtic.

Fi 32 partita, t-tim ta’ Gerrard tilef biss tmien punti u rnexxielu jiskorja 77 gowl filwaqt li qala’ biss disa’ gowls. Dan huwa l-55 kampjonat għal Rangers, bl-ewwel partita tagħhom bħala champions tkun dik fil-21 Marzu kontra l-istess rivali Celtic f’Celtic Park.

Kienu bosta l-partitarji ta’ Rangers fejn bejn ilbieraħ u llum ħarġu jiċċelebraw minkejja li bħalissa l-Iskozja tinsab f’lockdown.

Ara x’ seħħ fuq barra ta’ Ibrox Stadium: https://www.youtube.com/watch?v=gphZSJS4ej8